Il-maltemp ta’ dawn l-aħħar jiem wassal għal nuqqas ta’ donazzjonijiet tad-demm li affetwa sew ir-riserva ta’ demm O positive.
Quddiem id-domanda kbira għad-demm, fosthom: mill-pazjenti morda bil-kanċer, dawk operati, kif ukoll minn dawk korruti, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella b’mod urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm partikularment O positive.
F’dan il-mument ta’ bżonn kbir għad-demm, is-Servizz Nazzjonali appella għall-wirja ta’ ġenerożità minn dawk kollha li huma f’saħħihom.
Dan possibbliment għandu jsir illum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00am sas-6:00pm.
F’isem il-pazjenti li qed jistennew għad-demm, il-Bank tad-Demm irringrazzja lil dawk kollha li qed jgħatu d-demm.
Importanti li wieħed jieħu l-Karta tal-Identità. Dawk li ġew lura mis-safar f’dawn l-aħħar 4 ġimgħat huma mitluba biex iċemplu 80074313 u jiċċekkjaw l-eliġibilità tagħhom biex jagħtu d-demm.