Is-Servizz għat-Trasfużjoni tad-Demm f’Malta ħareġ sejħa urġenti għad-demm O Positive f’Malta.
Fil-fatt bħalissa hemm bżonn 84 borża tad-demm tat-tip O Positive.
Il-Bank tad-Demm appella għall-kooperazzjoni sħiħa ta’ kull min hu f’saħħtu, partikolarment iż-żgħażagħ, biex jikkonkorru f’dan il-mument ta’ ħtieġa kbira u jagħti d-demm.
Id-donazzjonijiet tad-demm jistgħu jsiru llum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa disponibbli għalikom mit-8:00am sas-6:00pm.