Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għad-demm. Dawk li jgawdu saħħithom huma ġentilment mitluba biex jagħtu s-saħħa lil ħaddieħor billi jersqu u jagħtu d-demm, possibbilment illum stess!
B’rabta ma’ din is-sejħa tajjeb li wieħed ifakkar li biex is-Servizz tas-Saħħa jkun fl-aqwa tiegħu jeħtieġ li jkun hemm riserva tajba ta’ demm. Tajjeb ukoll li wieħed iżomm f’moħħu li d-demm ma jistax jinxtara bħalma jsir fil-każ mediċini, iżda jiġi minn donazzjonijiet ta’ nies f’saħħithom u altruwisti.
Appell aħħari hu biex wieħed ixerred il-kelma għall-ġid tal-pazjenti li qed jintennew biex jibbenefikaw mis-servizz tas-saħħa, fosthom dawk b’mard kroniku, inklużi l-morda bil-kanċer, kif ukoll dawk li ser jiġu operati.
Illum, għada s-Sibt, u nhar il-Ħadd li ġej Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa ser ikun miftuh mit-8:00am sas-6:00pm.
Wieħed għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità hi meħtieġa!
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt
Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313