Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jagħmel sejħa urġenti għall-għoti tad-demm.
Kull min jista’ jagħti d-demm għandu jmur għad-donazzjonijiet tad-demm kemm jista’ jkun malajr. Dan sabiex ir-riserva ma tinżilx għal-livell kritiku u jkunu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa.Dawk li ġew mis-safar, partikolarment dawk li waslu lura Malta fl-aħħar ġimgħat huma mitluba biex qabel jagħtu d-demm iċemplu 80074313 sabiex jiċċekjaw l-eliġibilità tagħhom biex jagħtu d-demm.
Hu ferm importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta’ tal-Identità meta jkun se jagħti d-demm.
L-għoti tad-demm għandu jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’manġa li jiftaħ kuljum mit-8:00 ta’ filgħodu sas-18:00.