Illum qed jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-Kliewi, u għadd ġmielu ta’ pazjenti morda bil-kliewi jieħdu numru sostanzjali ta’ trasfużjonijiet tad-demm.
Fid-dawl li bħalissa s-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jaffaċċja nuqqas serju ta’ riserva ta’ demm, partikularment tal-gruppi O positive, A positive, u B positive, is-Servizz appella b’mod urġenti għad-donazzjonijiet tad-demm. Huwa appellaw biex dan possibbilment jsir kemm jista’ jkun malajr.
Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum mit- 8.00am sas-6:00pm inklużi l-Ħdud. Huwa importanti li dejjem tiġi ippreżentata l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti.