Sebgħa u tletin mara applikaw biex ikunu parti mill-programm LEAD minn Ottubru li ġej, il-programm tal-Partit Laburista li għandu l-għan li jżid il-parteċipażżjoni tan-nisa fil-politika.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li dan ir-riżultat pożittiv huwa frott l-impenn u r-rieda li hemm biex fil-pajjiż issir il-bidla li hemm bżonn biex ikun hemm ugwaljanza sħiħa anke fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Il-koordinatur tal-programm, il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli, qalet li dan l-interefss juri wkoll kemm il-Partit Laburista huwa moviment miftuħ għaċ-ċittadini kollha ta’ Malta u Għawdex, li permezz ta’ LEAD qed juri li se jibqa’ jaħdem favur parteċipazzjoni femminili aktar wiesgħa fil-politika Maltija.
Hija spjegat ukoll li s-suċċess għas-sejħa tal-ħames programm ta’ LEAD ikompli jimla l-Partit Laburista b’kuraġġ biex jibqa’ jkun il-moviment tal-opportunitajiet u tal-bidla.