Tħabbret it-tnedija ta’ sejħa oħra tal-Malta Arts Scholarships Scheme.
Din tall-lum kienet it-tmien sejħa taħt din l-iskema. Il-Minsitru Evarist Bartolo spjega li sa llum madwar mitt student
Fil-fatt sitta u sittin mill-boroż ta’ studju mgħotija, sal-lum, ingħataw mill-2013 ‘l hawn. Il-Ministru Bartolo qal li dan jikkonferma l-interess tal-Gvern fil-qasam tal-Arti kif ukoll l-impenn tiegħu li jkompli jinvesti biex aktar nies jiġu nkoraġġieti li jitħarġu f’dan il-qasam.
L-iskema hija miftuħa għal dawk kollha li għandhom talent fl-arti espressiva bħal żfin, mużika, kitba kreattiva, arti viżiva, arkitettura, produzzjoni u direzzjoni ta’ films.
Hija opportunita’ oħra għal dawk li jixtiequ japplikaw biex isegwu programmi ta’ taħriġ kif ukoll programmi ta’ studji akkademiċi fl-oqsma imsemmija f’istituzzjonijiet k
L-iskema hija miftuħa wkoll għal dawk li diġa bdew il-kors tagħhom imma li għad baqgħalhom minn ta’ lanqas sena oħra mill-kors.
Il-Minsitru għall-Edukazzjoni spjega li permezz ta’ din l-iskema, il-gvern qed ikompli joffri opportunitajiet ta’ boroż ta’ studju biex aktar persuni jiġu mgħejjuna jilħqu l-għanijiet u l-aspirazzjonijiet tagħhom u li jkollhom l-opportinta’ li jispeċjaliżżaw fil-qasam tal-arti.
Bi pjaċir innotaa li sena wara l-oħra, l-interess f’din l-iskema qiegħed dejjem jiżdied. Qal li dan huwa ta’ sodisfazzjon kbir għax juri kemm il-ħtieġa għal skema ta’ din ix-xorta hija tassew waħda li tagħmel sens.
L-applikazzjoni għal din l-iskema hija aċċessibli on line. L-applikazzjoni se ddum miftuħa għal xahar sħiħ jiġigfieri sa nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ April 2017 f’nofsinhar.