Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela fetħet sejħa lit-tfal kollha sabiex jippreżentaw d-disinji tagħhom fit-tieni edizzjoni tal-Kartolina Milied.
Mart il-Prim Ministru spjegat li l-edizzjoni ta’ din is-sena se tkun miftuħa ghat-tfal u żgħażagħ kollha bejn l-erba’ u sittax-il sena.
Dr Abela qalet kif is-sena li għaddiet bdiet din l-iniżjattiva, hekk kif is-sejħa kienet għat-tfal li jgħixu f’dar residenzjali. Qalet kif din kienent ta’ suċċess, hekk kif intbagħtu diversi kartolini b’disiġni ta’ tfal.
Mart il-Prim Ministru ħeġġet lit-tfal sabiex ikunu kreattivi u jibgħatu d-disinji tagħhom sabiex ikunu biċ-ċans li jkunu fuq il-kartolina uffiċċjali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Mary Ann Cauchi, Direttur Fondi u Strateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti qalet kif is-sottomossjonijiet huma miftuħa sat-3 ta’ Diċembru.
Wara ġie spjegat is-sottomissjonijiet kollha se jkunu evalwati minn bord indipendenti li se jagħżel erba’ disinji u dawn se jkunu fuq il-katolini uffiċċjali.
Il-kartolini kollha sostomessi se jkunu f’wirja fi Spazju Kreattiv bejn is-16 ta’ Diċembru u l-bidu tas-sena l-ġdida.