Fi zmien sitt xhur se Infrastructure Malta se toħroġ sejħa internazzjonali għall-bini ta’ mina bejn Malta u Għawdex. Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport Ian Borg meta kien qiegħed jindirizza il-laqgħa tal-kabinett it-tlieta filgħodu li qiegħed isir fil-bini ta’ Transport Malta f’’Ħal Lija.
Qal li ser issir il-mina bejn Malta u Għawdex u li 83 fil-mija tal-Għawdxin jixtiequha din il-mina.
Il-Ministru Ian Borg qal li fi żmien 6 xhur Infrastructure Malta se toħroġ is-sejħa internazzjonali tal-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex li tikkonsisti fi 13.5 km san-Nadur Għawdex.
Qal ukoll li bħalissa għaddejjin it-tħejjijet għall-‘environment impact assessment.’