L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għadu kemm reġa’ ħareġ sejħa għall-voluntiera fl-Arkivju Prinċipali tiegħu fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta. Dan wara l-interess li bosta persuni urew fis-snin li għaddew u l-esperjenzi pożittivi li kisbu fix-xogħol tal-Arkivju Nutarili.
Il-voluntiera ser ikunu jistgħu jgħinu fid-diversi proġetti tal-Uffiċċju partikolarment fiddiġitalizazzjoni tal-volumi fl-Arkivju Prinċipali. Permezz ta’ dan il-volontarjat, l-Uffiċċju tanNutar tal-Gvern ser ikompli jagħti ruħ ġdida lill-Arkivju Prinċipali tiegħu billi jagħmlu dejjem aktar aċċessibli b’mezzi eletroniċi onlajn. Fuq kollox, din id-diġitalizazzjoni ser tgħin ukoll biex
il-volumi fl-Arkivju Prinċipali jinżammu priservati aħjar, bosta minnhom b’dokumenti li jmorru lura sas-Seklu 15.
Fi stqrrija, l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għamel dan l-appell:
“Jekk tixtieq tkun parti minn din l-esperjenza ġdida u tingħaqad ma’ persuni oħrajn li bħalek għandhom l-istess passjoni għall-wirt dokumentat, u tista’ toffri ftit ħin prezzjuż minn tiegħek filgħodu, wara nofsinhar u anke filgħaxija, issa huwa l-waqt tiegħek. Anke ftit sigħat jagħmlu differenza kbira.”
Is-sejħa tagħlaq fil-15 ta’ Marzu u ser jingħata taħriġ adegwat lill-voluntiera kollha.
Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern permezz ta’ email lil notarial.archives@gov.mt jew inkella billi wieħed jaċċessa s-sejħa għall-voluntiera fuq ilwebsajt tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern https://www.justice.gov.mt/en/ntg/.