L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern qiegħed jagħmel sejħa għall-volontiera, fl-Arkivju Prinċipali tiegħu li jinsab fi Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt.
Dan bħala parti mit-titjib fl-operat, u anke wara l-esperjenza pożittiva li nkisbet permezz tal-proġett tar-rijabilitazzjoni u r-restawr tal-Arkivju Nutarili.
Fi stqarrija ntqal li l-voluntiera ser ikunu jistgħu jgħinu fid-diversi proġetti tal-Uffiċċju partikolarment fid-diġitalizzazzjoni tal-volumi fl-Arkivju Prinċipali.
Bl-għajnuna tal-volontiera l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ser ikun qed jagħti ruħ ġdida lill-Arkivju Prinċipali tiegħu billi jagħmlu dejjem aktar aċċessibbli b’mezzi eletroniċi online. Din id-diġitalizzazzjoni ser tgħin ukoll biex il-volumi fl-Arkivju Prinċipali jinżammu priservati aħjar, bosta minnhom b’dokumenti li jmorru lura sas-Seklu 15.
Is-sejħa tagħlaq fil-31 ta’ Marzu u ser jingħata taħriġ adegwat lill-voluntiera kollha.
Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern permezz ta’ email lil notarial.archives@gov.mt jew inkella billi wieħed jaċċessa s-sejħa għall-voluntiera fuq il-website tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern https://www.justice.gov.mt/en/ntg/