Infrastruttura Malta ħarġet sejħa għall-offerti għalll-proġett tal-wied tal-Imsida li ser jara li jkunu eliminati it-traffic lights eżistenti permezz ta’ żewġ flyovers ġodda. Dan il-proġett li ser isir b’investiment ta’ €16.4 miljun ser jara li fil-Wied tal-Imsida ikun hemm tkabbir tal-ġonna eżistenti fl-inħawi tal-Monument tal-Ħaddiem u bini mill-ġdid ta’ sistema ġdida ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita.
Hekk spjegat il-Perit Audrey Testaferrata de Noto li stqarret kif il-proġett ser jagħmel it-triq waħda iżjed sigura għal dawk li jkunu qed jaqsmu.
Hija qalet: “Se jsiru tlett ‘pedestrian bridges’ biex ikun hemm iktar saħħa u sigurtà għal nies pedonali, kif ukoll jitnaqqas il-Community Severance bejn in-naħat opposti tal-Imsida.”
Hija kompliet tispjega kif iż-żewġ Flyovers ser ikunu qed jgħaqqdu Triq il-Marina min-naħa tal-Pieta u triq M.A Vassalli li tagħti lejn Triq Reġjonali.
Il-Ministru għall-infrastruttura Ian Borg spjega kif dan il-proġett kien wieħed ilu mistenni mir-residenti tal-lokalitajiet fil-madwar.
Huwa sostna: “Dan huwa proġett illi n-nies, il-komunitajiet tal-akwata, l-Imsida, Ta’ Xbiex, il-Pietà, huma kollha interessati li tkun indirizzata darba għal dejjem il-konġestjoni tat-traffiku b’diversi waqfiet li għandek bit-traffic light systems, li bħalma kien fil-każ tal-Marsa quddiem iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, ħadmu għal numru ta’ snin però ż-żieda ta’ attività fuq it-toroq tagħna kien qed jikkawża dewmien u dak issa ser inkunu qed neliminawh.”