L-Enemalta ħabbret li din il-ġimgħa ħarġet sejħa għall-offerti taċ-ċentru ta’ distribuzzjoni ġdid li se jsir fin-Naxxar.
Dan sabiex tkompli tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-servizzi tal-elettriku f’diversi lokalitajiet fl-inħawi.
L-Enemalta ħabbret dan permezz ta’ stqarrija fuq il-profil uffiċjal tagħha fuq Facebook ftit jiem wara li tħabbar kif qed tiġi aċċellerata l-ħidma b’rabta mal-pjan ta’ tisħiħ fis-sistema distributorja tal-elettriku.
Fil-fatt, fost oħrajn fis-sitt xhur li ġejjin l-Enemalta se tkun qed iżżid mas-sebgħin kilometru ta’ cables taħt l-art tal-11-il KV.
Dan apparti li qed isir xogħol fuq żewġ ċentri ta’ distribuzzjoni ġodda fin-Naxxar u fis-Siġġiewi, filwaqt li dawk tal-Imsida u Pembroke, se jkunu qed jiġi msaħħa.