ONE qed jagħmel sejħa lil dawk li għandhom wirja, peagent, esebizzjoni jew xi ħaġa oħra relatata mal-ġimgħa mqaddsa sabiex l-informazzjoni tixxandar fuq ONE.
Matul Marzu, fix-xahar li nfakkru l-Ġimgħa l-Kbira, ONE se jkun qed ixandar diversi filmati qosra forma ta’ ‘noticeboard’ biex is-segwaċi jkunu nfurmati fejn jistgħu jmorru jsegwu dawn it-tradizzjonijiet.
Jekk tixtieq li ONE ixandar l-informazzjoni tiegħek, inħeġġuk tibgħat il-poster tiegħek b’email fuq: info@one.com.mt sal-15 ta’ Marzu 2024.
