ld-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, saħaq li I-Kummisjoni Ewropea għandha tkompli tistinka biex tiżgura li jkun hemmtrasparenza fil-prezzijiet tal-mediċini fis-swieq internazzjonali sabiex is-sistemi tas-saħħa jkunu jistghu jaffordjaw li jixtru b’mod sostenibbli dawn il-mediċini għall-ġid tal-pazjenti kollha.
Fis-seduta tal-parlament tal-lum, il-Ministru Fearne saħaq li ftit tas-snin ilu I-Gvern Malti ħa I-inizjattiva biex il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jixtru I-medicina flimkien.
Waħda mill-akbar problemi f’dan il-qasam hija li I-kumpaniji I-kbar li jixtru u jbigħu I-mediċini madwar id-dinja ma jkunux jistgħu jiżvelaw b’kemm ikunu xtraw dawn il-mediċini u b’hekk jistgħu jbigħuhom kemm iridu huma.
Huwa irrimarka li avolja din il-proposta mhijiex faċli biex issir, il-Gvern Malti qed ikompli jinsisti biex meta iktar mediċini ġodda jkunu fis-suq, is-sistemi tas-saħħa jkunu jafu kemm qed iħallsu għall-prodotti farmacewtiċi l-kumpaniji li jixtruhom u jbigħuhom.