L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qed tinforma lill-pubbliku b’sejħa li għamel il-manifattur tal-ġakketta tas-salvataġġ ‘TRIBORD’; Isem tal-prodott: LJ150 NEW; Numru tal-mudell: 8491769; Barcode: 3608459556665.
Dan għaliex xi ċilindri tal-ġakketta tas-salvataġġ jistgħu jkunu vojta u għalhekk ikun impossibbli li din tintefaħ u taqdi l-funzjoni ewlenija tagħha. Għalhekk, il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar it-Tagħmir Protettiv Personali.
Għaldaqstant, l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjonu u għall-Affarijiet qed titlob biex konsumaturi li xtraw dan il-prodott huma mitluba jieqfu jużaw dan il-prodott immedjatament u jirritornawh lura minn fejn xtrawh. L-MCCAA saħqet li skont il-liġi, il-bejjiegħa huma obbligati li joffru rimedju lill-konsumaturi li jirritornaw dawn il-prodotti lura.
Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.