Is-sensiela IL-KLINIKA li qed tixxandar b’mod esklussiv fuq ONE kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija, qed tagħmel sejħa għal persuni li jixtiequ jieħdu sehem f’xena partikolari.
RG3 Productions, l-imħuħ wara din is-sensiela qed jagħmlu sejħa għal ħafna rġiel biex jieħdu sehem f’xena mill-isbaħ ta’ IL-KLINIKA. Il-ġbid ta’ din ix-xena se jsir nhar is-Sibt li ġej 19 ta’ Ottubru bejn l-4pm u l-10pm. Il-produzzjoni qed tappella li kulħadd importanti u mhux bilfors min se jattendi jrid jagħmel il-ħin kollu fuq il-post tal-ġbid.
Dawk interessati għandhom ikellmu lill-produtturi ta’ IL-KLINIKA permezz tal-paġna tagħhom ta’ facebook hawn: Il-Klinika.