L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar sejħa li għamlet il-kumpanija IKEA rigward platti, bowls, u mugs tal-marki ‘HEROISK’ u ‘TALRIKA’. Il-prodotti affettwati huma elenkati fil-website:
L-MCCAA qalet, li dan wara li IKEA rċiviet diversi rapporti dwar il-ksur ta’ dawn il-prodotti illi potenzjalment jista’ jikkawża ħruq minħabba il-kontenut sħun. B’riżultat ta’ dan, il-prodotti ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti.
Għaldaqstant, konsumaturi li xtraw dawn il-prodotti huma mitluba jieqfu jużawhom immedjatament u jirritornawhom minn fejn xtrawhom. Skont il-liġi, il-bejjiegħa huma obbligati li joffru rimedju lill-konsumaturi billi jipprovduhom b’tiswija jew bdil tal-prodott irtirat mis-suq.
Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.