L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar sejħa li għamel il-manifattur tal-prodott ‘Quest 2 Virtual Reality Headsets’. In-numri tas-serje affettwati għandhom dan li ġej:
- L-ewwel 5 karattri huma ‘1WMVR’ jew ‘1WMHH’; u
- Ir-raba’ karattru mill-aħħar huwa ‘0’ (żero).
Dan għaliex l-ikkuttunar tal-foam tal-prodott fih sustanzi li huma irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn. Minħabba f’hekk, wieħed jista’ jsofri minn irritazzjoni. Għaldaqstant, il-prodott ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva Ġenerali dwar is-Sikurezza tal-Prodott. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq: https://support.oculus.com/1504463656600795.
Għalhekk, konsumaturi li xtraw dan il-prodott huma mitluba jieqfu jużawh immedjatament u jirritornawh lura minn fejn xtrawh. Skont il-liġi, il-bejjiegħa huma obbligati li joffru rimedju lill-konsumaturi billi jipprovduhom b’tiswija jew bdil tal-prodott irtirat mis-suq.
Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja lill-MCCAA fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.