Il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ħareġ sejħa għal applikazzjonijiet għal kumpens ta’ dawk l-eks ħaddiema tat-Tarzna li minħabba x-xogħol li għamlu fil-passat sofrew jew ġew nieqsa kawża tal-asbestos.
Qabel il-Budget, disgħa u erbgħin eks ħaddiem tar-Tarzna jew l-eredi tagħhom kienu rċievew kumpens u bdew jaslulhom l-ewwel ċekkijiet.
Meta wieħed japplika, huwa mitlub biex mal-applikazzjoni jissottometti fost oħrajn ċertifikat uffiċjali tal-mard li jindika t-tip ta’ kundizzjoni.
Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Finanzi ntqal ukoll kif f’każ li l-eks impjegat ikun miet, dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottometti minn qrabatu.
Hawnhekk irid ikun sottomess ukoll iċ-ċertifikat tal-mewt.
Id-dokument għandhom jintbagħtu lill-Ministeru.
L-applikazzjonijiet jagħlqu sal-aħħar ta’ Frar li ġej.