Il-Pulizija Taljana fil-jum tat-Tnejn għamlet sejba ta’ armi moderni u missila waqt rejds li għamlet waqt investigazzjoni fuq grupp ta’ estremisti tal-lemin estrem. Il-pulizija taljana qalet kif il-missila hija normalment użata mill-armata tal-Qatar. Il-Kummissajru tal-Pulizija ta’ Turin, Giuseppe de Matteis stqarr kif din is-sejba ftit għandha preċedenti ta’ sejbiet simili. Il-pulizija arrestat tlett persuni, inkluż Fabio Del Bergiolo, ta’ 50 sena, li huwa eks-kandidat tal-partit lemin estrem, bl-isem ‘Forza Nuova’.
Huwa magħruf li l-missila li nstabet ma kinitx armata, iżda tista’ tkun armata faċilment minn persuni speċjalizzati fis-settur. Midja taljana qed tirraporta kif Del Bergiolo kien qed jipprova jbiegħ il-missila għal erba’ mija u sebgħin elf ewro. Filfatt il-pulizija bdiet l-investigazzjoni wara li interċettat messaġġi li Del Bergiolo bgħat tal-missila fuq whatsapp. Miegħu ġew arrestati Żvediż ta’ 42 sena u Taljan ta’ 51 sena.
Ritratt: ROME AFP