Għall-ħabta tas-siegħa tat-Tlieta waranofsinhar il-Pulizija daħlilha rapport li kien instab katavru f’bagoll ta’ karozza f’Ħal Qormi.
Is-sejba saret fil-wied ta’ Ħal-Qormi.
L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa.
Mill-ewwel stħarriġ li sar, il-Pulizija kkonfermat dawn ir-rapporti u ċċirkondat iż-żona kollha sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji.
Fuq il-post intalbet ukoll l-assistenza tal-esperti forensiċi tal-Korp tal-Pulizija u kif ukoll tat-Tabib forensiku.
Fil-fatt ftit tal-ħin wara deher fuq il-post l-espert forensiku Mario Scerri.
Il-pulizija jidhru jkellmu dik mifhuma li hi qariba tal-persuna mejta li ONE News jista’ jikkonferma li huwa raġel.
Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
AQRA WKOLL: