Dalgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m, intlemaħ katavru ta’ sess maskili f’wiċċ il-baħar fil-Munxar, limiti tal-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala. Minnufih issejħet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li permezz tal-Melita 1 marru fuq il-post. Hemmhekk ġie innutat katavru, li ttella’ fuq il-dgħajsa u ddaħħal ġewwa Xatt it-Tiben.
Matul l-operazzjoni, raġel mar fuq il-post u informa lill-Pulizija li l-katavru seta’ kien ta’ missieru li kien niżel jgħum fiż-żona kmieni filgħodu. Aktar tard huwa ddentifika li kien missieru, wara li ngħata deskrizzjoni tal-katavru li nstab.
Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa aktar dawl fuq il-każ.
Bis-sejba ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar informazzjoni isegwi.