Il-Pulizija Ġappuniża arrestat raġel wara sejba ta’ disa’ katavri fl-appartament tiegħu f’Zama qrib Tokyo.
Il-Pulizija sabu fdalijiet ta’ disa’ iġsma, fosthom żewġt irjus li kienu qed jinżammu f’kontenitur fi fridge fl-appartament tas-suspettat, Takahiro Shiraishi. Dan waqt li kienu għaddejjin b’investigazzjoni b’rabta ma’ każ ta’ mara li kienet irrapportata nieqsa.
Huma sabu wkoll fdalijiet ta’ seba’ persuni oħra li kienu f’kaxex differenti, fl-appartament tiegħu. Ir-raġel, li għandu 27 sena, qed jiżamm arrestat.
Il-Pulzija sabu fdalijiet ta’ tmien nisa u raġel, bosta fi stat differenti ta’ dekompożizzjoni.