Raġel ta’ 41 sena ġie arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga li kienet lesta biex tiġi traffikata.
Il-pulizija qalet li f’dar f’Birkirkara instabet sustanza tad-droga ħaxixa, miżien elettroniku u affarijiet oħra relatati mat-traffikar ta’ droga.
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.