Il-Pulizija arrestat disa’ persuni minn residenza f’Tas-Sliema. L-arresti saru ftit tal-ħin ilu wara li l-Pulizija mit-taqsima tal-RIU għamlu rejd fir-residenza fi Triq Santa Liena.
Qed jiġi rrapportat li nstabu numru ta’ armi fosthom pistola zgħira, senter, airguns, skieken u munizzjoni. Instabu ukoll oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga.
Il-Pulizija arrestat zewġ nisa u sebat irġiel u huwa mifhum li fosthom hemm barranin u Maltin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.