Instabu madwar 1,300 kilo ta’ eroina b’valur ta’ £120 f’dik li qed tiġi meqjusa bħala waħda mil-akbar sejbiet tal-eroina fl-Ewropa.
Il-pakketti tad-droga instabu meħjuta ma’ ġewwa tax-xugamani f’bastiment kbir li kien sejjer Antwerp fil-Belġju. Is-sejba seħħet wara li l-bastiment ġie interċettat f’Felixstowe fl-Ingilterra mil-Aġenzija għall-Kriminalità Nazzjonali. Iktar tard id-drogi ġew traċċati li kienu sejrin l-Olanda.
L-uffiċjali segwew il-container li kien fih din id-droga hekk kif ġie misjuq f’maħżen fil-belt ta’ Rotterdam l-Olanda fejn mal-wasla tiegħu l-uffiċjali arrestaw 4 rġiel waqt li kienu qed jħottuh.
Huwa mifhum li d-droga li nqabdet f’din l-ikbar sejba ta’ eroina fl-Ingilterra oriġinat mil-Pakistan.
Id-Deputat Direttur tal-Investigazzjonijiet fl-Aġenzija għall-Kriminalità Nazzjonali Matt Horne qal li din is-sejba turi kemm it-theddida tad-droga hija kbira.
Ritratt: BBC News