Moniteraġġ li sar waqt ix-xogħlijiet infrastrutturali fit-Triq ta’ Santa Luċija wassal għal sejbiet arkeoloġiċi li huma t’importanza għall-patrimonju Malti.
Fi stqarrija, is-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali spjegat li x-xogħlijiet infrastrutturali li saru f’Santa Luċija mill-kuntrattur saru skont il-permessi meħtieġa u kif ġie rakkomandat mis-Sovraintendenza stess.
Il-Kap tas-Sovraintendenza Joseph Magro Conti saħaq li jsir moniteraġġ kontinwu minn arkeologi kwalifikati speċjalment f’postijiet sensittivi.
Qal li huwa dejjem ra koperazzjoni sħiħa mill-aġenzija Infrastruttura Malta li jħarsu l-impatt tax-xogħlijiet fit-toroq fuq oġġetti storiċi.