L-awtoritajiet tal-ħabs sabu fil-pussess ta’ Daniel Muka materjal li ġie mibdul f’forma ta’ għodda sabiex ikun jista’ jaħrab mill-faċilità korrettiva ta’ Kordin. Din is-sejba seħħet ix-xahar li għadda.
Din l-aħbar qed tkun irrappurtata bi prominenza hekk kif huwa mifhum li permezz ta’ din is-sejba l-awtoritajiet tal-ħabs setgħu waqqfu lil Muka milli potenzjalment jipprova jaħrab mill-ħabs.
Daniel Muka jinsab mixli fost oħrajn bil-qtil tat-tabib Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski lura f’Awissu li għadda f’Tas-Sliema. Mal-pulizija Muka kien ammetta l-involviment tiegħu fis-serqa mid-dar tal-koppja iżda insista li ma qatel lil ħadd.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.