Xjenzati mill-Università ta’ California, fl-Istati Uniti tal-Amerka, skoprew li l-kelb il-baħar preistoriku, magħruf bl-isem ta’ Megalodon, fil-verità ma kienx bħall-klieb il-baħar tal-lum il-ġurnata. Tant li l-Megalodon kellu demmu aktar sħun mit-temperaturi tal-baħar ta’ żminijietu.
Dan instab minn testijiet u analiżi dettaljata ta’ snien preistoriċi, li ta’ bilħaqq huma enormi ħdejn dawk ta’ klieb il-baħar kif nafuhom illum.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn ir-riżultati ġew ippubblikati fil-ġurnal ‘Proceedings of the National Academy of Sciences’.