Trattament li jittieħed permezz ta’ pinnoli u mediċina minn dawk li huma allerġiċi għall-karawett jibqa’ effettiv wara erba’ snin li jkun ittieħed, dan skont studju.
Tfal ngħataw probijotiku, bi proteina tal-karawett, kuljum għal tmintax-il xahar.
Meta saru testijiet fuqhom xahar wara, 80% tat-tfal setgħu jittolleraw il-karawett mingħajr ma jkollhom sintomi ta’ allerġija filwaqt li wara erba’ snin, 70% minnhom baqgħu jistgħu jieklu l-karawett mingħajr ebda sintomi.
L-allerġiji għall-ikel żdiedu b’mod drammatiku tul dawn l-aħħar snin, bl-allerġiji għall-karawett ikun wieħed mill-aktar perikoluż.
Ir-Riċerkatriċi Prof. Mimi Tang, minn Murdoch Childrens Research Institute f’Melbourne, qalet li nofs it-tfal jikkunsmaw il-karawett regolari filwaqt li oħrajn kienu qed jikluhom mhux b’mod frekwenti.
“L-importanza ta’ din is-sejba hi li dawn it-tfal jistgħu jieklu l-karawett bħal kwalinkwe tfal li m’għandhomx allerġiji u jittolleraw l-istat li jkunu fih, ipproteġġuti mir-reazzjoni li jħallilhom il-karawett,” qalet Mimi.
Prof Tang qalet li dan hu l-ewwel trattament tat-tip tiegħu li wera li hu effettiv għal tul ta’ żmien.
Il-probijotiku li ntuża jismu Lactobacillus rhamnosus, li ġie assoċjat li jipprevjenti ċerti sintomi tal-allerġija.