“Il-Madonna kienet magħna!” Emozzjonat, hekk stqarr ma’ One News Stanley Bondin, li huwa l-kap tal-kamra tan-nar tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. L-għada tal-ispluzjoni f’ Marsaxlokk, Bondin qalilna li setgħu jgħodduha b’waħda għax setgħu tilfu ħajjithom, “inqis dan l-inċident bħala miraklu, l-isplużjoni kienet waħda kbira”.
L-isplużjoni waqt li kien qed jinħaraq in-nar tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq f’ Marsaxlokk ħalliet erba’ persuni feruti li jinsabu rikoverati l-isptar Mater Dei, wieħed minnhom Stanley Bondin.
Fil-kummenti tiegħu ma’ ONE News Bondin spjega x’ikkawża dan l-inċident li wassal biex il-murtali faqqaw f’daqqa. Kien propju f’dan il-mument li seħħet l-isplużjoni, persuni li kienu fuq il-post ddeskrivew kif din inħasset bħal donnu terrimot.
Stanley stqarr li fuq il-post, ma kellhomx maħżen adekwatt għall-murtali u li ma kellhomx ir-riżorsi meħtieġa fejn jagħmlu l-murtali. “Kieku konna nkunu ħafna iżjed safe.” Bondin spjegalna li ma jiftakar bl-ebda każ ta’ dan it-tip u li fortunatament fil-festa prinċipali li għaliha jaħdmu n-nar, propju dik tal-Karmnu fiż-Żurrieq, kollox għadda b’wiċċ il-ġid.
Rapportaġġ estensiv illejla f’ONE News.