L-involviment tal-Europol fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma qata’ qatt.
Sostna dan il-Korp tal-Pulizija fejn qal li qiegħed jiċċara dan wara li sar magħruf li saret talba lill-Avukat Ġenerali biex jitlob l-appoġġ ta’ din l-aġenzija Ewropea.
Dan bħala parti mill-investigazzjoni li dwarha diġa’ tressqu erba’ persuni l-Qorti.
Il-Pulizija tenniet li s-sehem tal-Europol beda minn stadju bikri u għadu għaddej sal-lum il-ġurnata.