Sehem Għawdex mill-baġit Ewropew (2020-2027) se jkun taħt il-lenti fil-Konferenza ‘Sehem Għawdex fil-Baġit Ewropew’ nhar il-ġimgħa 5 ta’ Ottubru fis-6:30pm fil-lukanda Ta’ Ċenċ, is-Sannat Għawdex. Żgħażagħ Universitarji Għawdxin, Għawdxin li jaħdmu Għawdex u Malta, industriji żgħar u medji, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi kollha mistiedna jaqsmu t-tħassib u l-opinjonijiet tagħhom dwar dan is-suġġett.Il-Konferenza hija organizzata bil-kollaborazzjoni tal-S&D u l-fergħa tal-uffiċċju f’Għawdex tal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant li se jindirizza l-Konferenza. Dr Sant, aktar kmieni din il-ġimgħa, qal lill-Parlament Ewropew li taħt ir-regoli preżenti gżejjer Ewropej bħal Għawdex se jaffaċċjaw ħafna xkiel biex jibbenefikaw mill-fondi ta’ investiment tal-pjan Juncker.
Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-konferenza. M’hemmx bżonn ta’ booking minn qabel. Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Dr Sant fuq l-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew in-numru tat-telefon 21490705. Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza.