Fil-kastell ta’ Winsdor tal-Ingilterra għaddej it-tieġ Irjali tal-Prinċipessa Eugenie u Jack Brooksbank. 850 persuna mistennija jattendu għaċ-ċerimonja, fosthom il-kantati Robbie Williams, u Ellie Goulding, u l-mudella Cara Delevingne.
Intant, 1,200 membru tal-pubbliku intagħżlu permezz ta’ kompetizzjoni biex ukoll ikunu parti minn din iċ-ċelebrazzjoni.
Il-Prinċipessa Eugenie hija n-neputija tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, u hija d-disa’ eredi għat-tron tar-Renju Unit.