Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru Michael Farrugia qal li Simon Busuttil huwa l-ikbar theddida għall-Enemalta u huwa garantit li taħt tmexxija tiegħu, l-arloġġ jitreġġa’ lura.
Id-deputat Laburista Charles Mangion qal li l-Enemalta hija storja ta’ suċċess ta’ dan il-Gvern. Minn dejn ta’ €800 miljun u morsa finanzjarja għall-Gvern, ir-rapport ta’ Standard and Poor’s jikkonferma li l-Enemalta miexja ‘l quddiem u qed toffri serħan il-moħħ lill-ħaddiema.
Standard & Poor’s innotaw il-qalba għall-gass, l-użu ta’ energija alternattiva u l-investiment ta’ Shanghai Electric bħala fatturi li taw spinta għar-ristrutturar tal-Enemalta. Dan filwaqt li l-familji u negozji Maltin gawdew minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl.
Standard and Poor’s qalu li l-ikbar theddida għall-Enemalta tasal minn min joffri politika differenti għall-Enemalta. Simon Busuttil qal li għandu pjan ieħor għall-enerġija f’pajjjżna, u b’hekk huwa theddida.
Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ntqal li meta qatta’ l-karti fil-Parlament, ried ifisser li ma jaqbilx ma kontijiet irħas, enerġija nadifa u li l-ekonomija Maltija tkompli tikber.
Is-suċċess tal-Enemalta kellu effett fil-qasam soċjali wkoll għaliex isaħħet l-ekonomija. Il-Gvern żied l-istipendju, żied il-pensjonijiet, beda jindirizza l-paga minima u naqqas il-faqar.
https://www.facebook.com/partitlaburista/videos/1439496556080981/