Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan Fayez al-Sarraj żar pajjiżna għal taħdidiet mal-Gvern Malti.
Huwa qed imexxi delegazzjoni li fost l-oħrajn tinkludi wkoll lill-Ministru Libjan tal-Affarijiet Barranin Mohamed Syala. Il-President tal-Kunsill Presidenzjali Libjan al-Sarraj kellu taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja.
Din hija l-ewwel żjara ta’ dan il-Prim Ministru al-Sarraj f’Malta. Iż-żewġ mexxeja qablu li hija laqgħa biex pajjiżna jifhem aħjar is-sitwazzjoni fil-Libja.