L-aħħar laqgħa mis-sensiela Gvern Li Jisma’, bil-parteċipazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat, saret fiċ-Ċittaddella f’Għawdex u bdiet b’aħbar tajba għall-Għawdxin, hekk kif sar magħruf li fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern ħa jniedi pjan ta’ strateġija għal Għawdex.
Se jkun kompresniv biex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Għawdxin. Il-fondi għall-istrateġija se jkunu Fondi Ewropej u nazzjonali, u ħa jagħti diversi inizjattivi biex Għawdex ikun indipendenti u b’saħtu fejn tidħol ekonomija sabiex ukoll Gvern Laburista jkompli jwettaq dak li wiegħed.
Il-mistoqsijiet saru minn persuni ġejjin minn kull spettru tas-soċjetà, bħal anzjani, studenti u Għawdxin.
Meta beda jwieġeb il-mistoqsijiet, il-Prim Ministru spjega kif ħidmet dan il-Gvern kienet imsejsa fuq li mill-ewwel jibda jieħu d-deċiżjonijiet – bħal fis-settur tal-enerġija. Fl-istess ħin tranġaw il-finanzi, żdiedu l-impjiegi, u tħassar id-dejn kollu li kien inġema’ fis-snin ta’ qabel.
Il-Prim Minsitru qal li l-Gvern jinsab kommess li l-mina bejn Malta u Għawdex titlesta imma l-ewwel ovvjament ried isir l-istudju meħtieġ.
Spjega kif bħalissa qed isiru t-testijiet u jumejn ilu ra l-ewwel riżultati tat-testijiet ġeoloġiċi li issa jridu jidħlu f’ċertu dettall dwar x’instab s’issa. Kif jispiċċaw, kemm il-darba jkun konfermat li teknikament tista’ ssir – hemmhekk joħroġ mill-ewwel it-tender biex jibda x-xoghol fuq din il-mina.
Proġett ieħor li semma li ħiereġ it-tender għalih dalwaqt huwa tal-Breakwater ta’ Marsalforn.
Il-Prim Ministu ġie mistoqsi dwar is-sitwazzjoni fl-Air Malta u qal li dan il-Gvern għandu track record tajjeb ta’ kif jagħmel turnaround ta’ kumpaniji f’xifer falliment.
Sostna li fadal xi jsir fl-Air Malta rrispettivament mill-futur tagħha u qal li dan il-Gvern huwa lest li jieħu d-deċiżjonijiet b’responsabbiltà – bil-mod ta’ kif dejjem mexxa r-ristrutturar f’kumpaniji bħal dawn fl-aħħar snin.
Ma jaqbilx mal-Oppożizzjoni meta qisha indikat li l-mudell għall-Air Malta huwa mudell fejn il-Gvern ma jibqax ikollu l-maġġoranza tal-ishma fl-Air Malta.
Qal li l-mudell favorit ta’ dal-Gvern għall-Air Malta mhuwhiex mudell li l-Gvern iċedi l-kontroll tal-Air Malta.
Serraħ ras il-ħaddiema tal-Air Malta li d-deċiżjonijiet li se jittieħdu huma għall-aħjar tal-futur tal-Air Malta.
Imnebbaħ minn mistoqsija dwar is-settur edukattiv u l-istudenti barranin fl-iskejjel Maltin, il-Prim Ministru ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jinħareġ tender għal skola ġdida internazzjonali f’pajjiżna.
Is-sessjoni kienet indirizzat wkoll mid-Deputat Prim Ministru Louis Grech, u tista’ ssegwiha hawn.