Ir-realtà ta’ Brexit qed tolqot lill-Ewropa fil-laħam il-ħaj, u l-kriżi tal-migrazzjoi qed tinħass sew minħabba s-sistema ta’ migrazzjoni li mhix taħdem. Hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat mal-aġenzija tal-aħbarijiet Euronews, qabel is-summit tal-Unjoni Ewropea li se jsir illum f’pajjiżna.
Mexxeja Ewropej se jiltaqgħu u jikellmu dwar il-konsolidazzjoni tal-Ewropa, wara li r-Renju Unit għażel id-divorzju. EuroNews jirrapporta li dawk li se jattendu mistennija jappoġjaw serje ta’ miżuri mmirati li jikkalmaw il-fluss ta’ migrazzjoni mill-kosta Libjana għall-Italja…punt li aċċenna għalih Donald Tusk, kif irrapportajna.