Il-Pulizija arrestat raġel f’Westminster wara li ngħad li kien qed iġorr “baskett mimli skieken”, dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu seħħ it-terrur fl-istess post fejn mietu ħames persuni.
Pulizija armati marru mmedjatament fuq il-post fejn arrestaw persuna. Scotland Yard sostnew li ebda persuna ma sfat feruta.
Għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni għalfejn din il-persuna kienet qed iġġorr dawn is-skieken.
Kien propju fl-aħħar ġimgħa ta’ Marzu li raġel bl-isem ta’ Khalis Masood saq għal fuq folla nies u kif ukoll attakka u qatel Pulizija f’Westminster. Hu qatel ħames persuni, erbgħa minnhom li kienu jagħmlu parti mill-folla u l-Pulizija li miet kawża tal-ġrieħi li ġarrab waqt l-attakk.
Il-moħħ wara l-attakk li seħħ f’Marzu kellu 52 sena u kien missier ta’ tlieta. Hu kien ispirat minn terroriżmu internazzjonali relatat mal-Istat Islamiku.