Tliet studenti mill-primarja, sekondarja u post-sekondarja se jitilgħu il-Parlament Ewropew u jgħidu lill-ministri għall Edukazzjoni Ewropej xi jridu fis-sistema edukattiva tagħhom. Ħabbar dan il -Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo li qal li l-Presidenza Maltija hi opportunità biex l-iżgħar vuċi tasal għand l-ogħla istituzzjonijiet.
Il-Ministru Owen Bonnici, minn naħa l-oħra, żvela kif f’erba snin dan il-Gvern investa mat-tmenin miljun ewro fi proġetti ta’ restawr ta’ siti storiċi. B’kollox sar xogħol fuq 85 sit storiku li jfisser li 20 sit storiku kull sena kien restawrat, minn niċeċ żgħar sa fortifikazzjonijiet kbar.
Qal ukoll li qed issir ħidma biex il-festi Maltin isiru wirt rikonoxxut mill-UNESCO. Fiż-żmien li ġej, il-Kunsill tal-Arti u l-Assoċjazzjoni tal-baned se jiffirmaw ftehim biex ikun protett il-wirt tal-baned.
https://www.facebook.com/MaltaGov/videos/1287438937999358/