Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jindirizza l-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York iktar tard illum, b’tema li se tiffoka fuq kif il-Ġnus Magħquda tista’ tkun relevanti għal kulħadd.
Din hija t-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali li qed titlaqa’ fi New York biex tiddiskuti kwistjonijiet globali.
Il-Prim Ministru se jindirizza l-Assemblew għall-ħabta tas-18:00. Wieħed jista’ jsegwi d-diskors tal-Prim Ministru hawn: