Il-FIFA ħabbret li għall-ewwel darba fl-istorja se jkollha Segretarju Ġenerali mara. Dan tħabbar il-Ġimgħa filgħaxija waqt il-kungress tal-FIFA fil-Messiku. Fatma Samba Diouf Samoura mis-Senegal ser tkun qed isservi f’din il-kariga wara li l-eks Segretarju Ġenerali Jerome Valcke ġie pprojbit għal tnax il-sena minn attivitajiet relatati mal-futbol.
Samour li għandha 45 sena għandha karriera ta’ wieħed u għoxrin sena f’ karigi fi ħdan il-Ġnus Magħquda u mistennija tidħol uffiċjalment fil-kariga f’ Ġunju li ġej. Fost l-isfidi ewlenin tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid hemm dik li tnaddaf ir-reputazzjoni ta’ din l-organizazzjoni tal-Futbol wara diversi allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li taħt it-tmexxija tal-Eks President Sepp Battler u l-Eks Segretarju Ġenerali. Fil-prezent Samoura taħdem għall-Ġnus Magħquda fin-Nigeria u kapaċi titkellem erba’ lingwi.