Filippina ta’ 35 sena li taħdem bħala seftura ammettiet li serqet €550 mingħand persuna li kienet tgħix u taħdem magħha.
Il-mara ġiet ikkundanata sentejn ħabs sospiżi għal tlett snin u ġiet ordnata tħallas il-flus lura fi żmien sitt xhur.
Fil-Qorti, l-Filippina wiegħdet li se żżomm mal-ordnijiet tal-qorti u qalet li iddispjaċieha li wettqet ir-reat, anke minħabba wliedha.
Il-Filippina diġà ħallset €50 lill-persuna li magħha kienet taħdem bħala seftura u tgħix magħha.