Publius Said ta’ tlieta u sebgħin sena nħeles mill-arrest, wara li x-xahar li għadda, huwa ġie mixi li kellu fil-pussess tiegħu u anke xerred pornografija tat-tfal.
Hekk kif kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tal-evidenza kontrih, is-seduta bdiet tliet siegħat tard, minħabba li Said kien qed jinħasel.
Is-seduta tal-lum instemgħet mingħajr il-preżenza tal-midja fuq ordni tal-Qorti, u meta l-bibien tal-awla reġgħu infetħu, Said ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ tliet elef ewro u garanzija personali ta’ għoxrin elf ewro.