Dalgħodu membri minn diversi kumitati ta’ EkoSkola minn madwar Malta u Ghawdex inġabru għal seduta Parlamentari mhux tas-soltu.
EkoSkola huwa programm internazzjonali mmirat biex jeduka lit-tfal fl-iskejjel dwar l-ambjent u s-sosteniblità.
Fost temi ambjentali ġew diskussi l-kontroll tat-traffiku, użu ta’ aktar roti fit-toroq tagħna u aktar installazjonijiet ta’ panelli solari fuq il-bjut ta’ postijiet pubbliċi.
Preżenti għal din is-seduta kien hemm diversi deputati miż-żewġ naħat tal-kamra, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat.