Il-Prosekuturi fil-każ ta’ ħasil tal-flus kontra Yorgen Fenech naqsu milli jressqu l-bqija tax-xhieda fil-każ fis-seduta tal-Ħamis filgħodu minkejja li hekk ordnatilhom il-Qorti.
F’dan il-każ, Fenech qed ikun akkużat ukoll b’miżapproprijazzjoni ta’ madwar erbgħin elf ewro ġejjin mill-kumpanija li kien imexxi ma’ zijuh, Ray Fenech. Fost ix-xhieda li kienu preżenti fl-awla l-Ħamis kien hemm rappreżentat mill-Kummissjoni għat-Taxxa. Dan spjega li l-kumpanija inkwistjoni kienet ta’ Nicholas Cachia, li sar awditjar fuqu u li jidher li kienu qed jidħlu tranżazzjonijiet ta’ flus fil-kontijiet bankarju tiegħu. Żied jingħad ukoll li Cachia allegatament naqas milli jiddikjara aktar minn tliet miljun ewro kemm bħala individwu u anke bħala kumpanija. Meta mitkellem, Cachia qal li madwar disa’ mitt elf ewro kienu dħul mill kumpanija u l-bqija minn tpartit taż-żwiemel.
Il-Maġistrat qalet li kienet ċara li s-seduta tal-Ħamis kellha tkun għas-smigħ tal-bqija tax-xhieda u biex tittieħed deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest.