Seba’ persuni ġew salvati minn ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Ċivili wara li nqabdu fi blokka appartamenti wara li garaxx taħt l-art inħakem min-nirien qawwija. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-04:40 f’Tas-Sliema.
Fuq il-post intbagħtu 10 vetturi tat-tifi tan-nar flimkien ma’ 6 uffiċjali u 20 pumpier li bdew b’ħidma biex jikkontrollaw in-nirien milli jinxterdu għal partijiet oħra tal-blokka. L-operazzjoni għadha għaddejja sa issa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Preżenti fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jassisti lil dawk salvati u biex jassisti il- ħaddiema tat-tifi f’każ ta’ bżonn.