Seba’ militanti Iżlamisti ngħataw il-piena tal-mewt għall-involviment tagħhom f’attakk fuq kafetterija fil-Bangladesh li fih inqatlu 22 persuna, il-biċċa l-kbira tagħhom barranin. L-attakk seħħ f’Dhaka fl-2016 meta grupp ta’ ħamest irġiel żammu lil kull min kien preżenti fl-istabbiliment dak il-ħin ostaġġ. Tmien persuni kienu tressqu l-Qorti akkużati li ppjanaw l-attakk u pprovdu r-riżorsi biex dan jitwettqu.
L-assedju dam għaddej tnax-il siegħa sħaħ u għadu s’issa jissemma bħala l-aktar attakk makabru li sar fil-Bangladesh.