Sebat irġiel instabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq tfal fl-akbar kawża sa issa fit-Tramuntana tal-Ingilterra.
Fil-Qorti, fost oħrajn instema’ kif vittma minnhom kienet imqassma bejn 100 raġel li kellu x’jaqsam magħha sesswalment sa ma kellha 16-il sena. Vittma oħra kienet ħarġet tqila u kellha tagħmel abort.
Sa issa, aktar minn 1,500 vittma ġew identifikati f’dan il-każ. Dan huwa l-ewwel każ maġġuri li qed ikun investigat mill-Aġenzija Nazzjonali kontra l-kriminalità fl-Ingilterra, u nfetħet inkjesta dwar l-isfruttament sesswali tat-tfal f’dawn l-inħawi.